Skip to main content

Dwar din il-wirja

Il-Wirja Ewropea tar-Riċerka u l-Innovazzjoni ta’ din is-sena turi 45 proġett li qed iwittu t-triq biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Missjonijiet tal-UE.

Ħames panorami juru proġetti li qed jaħdmu lejn il-kisba ta’ kull waħda mill-ħames Missjonijiet tal-UE (il-Klima, il-Kanċer, l-Oċean, l-Ibliet, il-Ħamrija). Kull proġett għandu sommarju qasir, kontenut multimedjali, u links għal aktar informazzjoni.

Immaġina bliet intelliġenti u newtrali għall-klima, ambjent ekoloġiku u reżiljenti. Aħseb f’ibħra u ilmijiet interni ħielsa mit-tniġġis, f’ħamrija b’saħħitha u sostenibbli. Stenna dinja b’fehim, prevenzjoni, dijanjosi u trattament aħjar tal-kanċer. Il-Missjonijiet tal-UE għandhom l-għan li jġibu soluzzjonijiet konkreti għal uħud mill-akbar sfidi tagħna sal-2030, billi jpoġġu r-riċerka u l-innovazzjoni fi rwol ġdid, billi jgħaqqduha ma’ forom ġodda ta’ governanza u impenn maċ-ċittadini.

Kurjużi dwar il-Missjonijiet tal-UE u kif wieħed jista’ jinvolvi ruħu? Sir af aktar: ĦOLQA

Hemm ukoll ħoloq ma’ ġabra aktar estensiva ta’ proġetti mill-wirja tal-2021.Hawnhekk tista’ wkoll issir taf aktar dwar il-viżjoni tal-Kummissjoni għall-futur tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-UE, gallarija li tiġbor il-proġetti kollha f’post wieħed, u spazju apposta għal-logħob biex tittestja l-għarfien tiegħek tal-istejjer ippreżentati hawnhekk.

 

About us image

X’inhi r-Riċerka u l-Innovazzjoni Ewropeja?

Ix-xjenza u t-teknoloġija jolqtu kważi kull parti tal-ħajja tagħna ta’ kuljum. L-ikel li nieklu, il-kura tas-saħħa li nirċievu, l-ambjenti li ngħixu fihom, kif naħdmu, nivvjaġġaw u nilagħbu: il-lista ma tintemm qatt! Huwa għalhekk li l-Unjoni Ewropea tgħin lix-xjenzati, lir-riċerkaturi u lill-innovaturi minn madwar l-Ewropa biex jaħdmu flimkien. Billi naħdmu flimkien nistgħu niksbu aktar.

Tixtieq tkun taf aktar? Żur is-sit web tar-Riċerka u l-Innovazzjoni.

Ingħaqad fil-Jiem Ewropej tar-Riċerka u l-Innovazzjoni 2022

Il-Jiem Ewropej tar-Riċerka u l-Innovazzjoni hija l-avveniment ewlieni annwali tal-Kummissjoni Ewropea għar-Riċerka u l-Innovazzjoni. Din tlaqqa’ flimkien lil dawk li jfasslu l-politika, ir-riċerkaturi, l-intraprendituri u l-pubbliku biex jiddibattu u jsawru l-futur tar-Riċerka u l-Innovazzjoni fl-Ewropa u lil hinn minnha.

L-avveniment ta’ din is-sena se jsir online fit-28 u d-29 ta’ Settembru 2022.Int fejn int u tagħmel x’tagħmel, ejja ara kif ir-riċerka u l-innovazzjoni qed jgħinu fit-tiswir tal-futur tal-Ewropa.

Għal kull mistoqsija dwar il-wirja online tar-Riċerka u l-Innovazzjoni, jekk jogħġbok ikkuntattjana billi tuża l-formola ta’ hawn taħt. Tista’ wkoll tfittex il-punti ta’ kuntatt tagħna hawn.

Ikkuntattjana